Wednesday, December 25, 2024

“F’każ li nimrad, nċedi posti” – il-Papa Franġisku

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku mhux se jibqa’ Kap tal-Knisja Kattolika f’każ li jimrad.

Papa ħabbar dan f’intervista mal-ġurnal, ABC News, liema intervista ġiet ippubblikata kmieni dalgħodu.

Huwa semma kif fl-2013, huwa ffirma ittra ta’ riżenja biex f’każ li jimrad iċedi postu lil ħaddieħor. Eventwalment il-Papa ta din l-ittra lill-eks Segretarju tal-Istat tal-Vatikan fejn imbagħad huwa mifhmum li għaddiet lis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan preżenti.

Fl-istess intervista, il-Papa tkellem ukoll dwar il-gwerra fl-Ukrajna fejn iddeskriva l-invażjoni Russa fil-pajjiż ġar bħala “gwerra dinjija” u kompla jappella għall-paċi.

Tkellem ukoll dwar in-nomina ta’ mara biex fi żmien sentejn potenzjalment tkun hi li tmexxi dekasteru. Ma naqasx ukoll li jlissen kliem ta’ faraġ għal dawk il-vittmi li qed jesperjenzaw xi tip ta’ abbuż. Filwaqt li anke esprima x-xewqa li s-sena d-dieħla jżur il-belt ta’ Marsilja, fi Franza.

Ilbieraħ il-Papa Fraġisku iċċelebra għeluq is-86 sena u gawda dan il-jum fost l-oħrajn, ma’ xi seminaristi, li ġabulu anki kejk.

Ekonomija

Sport