Monday, December 23, 2024

FKNK temmen li aktar għarfien dwar l-użu tal-plastik jista’ jissalvagwardja l-ambjent

Aqra wkoll

L-impatt li jħalli l-plastik fl-ambjent u l-abitat naturali, inkluż fl-ibħra u l-oċeani madwar id-dinja, huwa wieħed ferm problematiku.

Il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) temmen li hawn bżonn ta’ aktar għarfien dwar din il-problema serja u l-kontribut sħiħ ta’ kullħadd sabiex ikun salvagwardjat l-ambjent naturali fuq skala globali.

Minn studji, huwa stmat li aktar minn 5,000,000,000,0000 biċċa plastik tinsab fl-ibħra u l-oċeani. Dan, bejn wieħed u ieħor jammonta għal aktar minn 268,940 tunellata ta’ plastik. Din is-sitwazzjoni reali hija ta’ periklu serju ħafna għall-bijoloġija marittima kif ukoll għal bosta tajr. Aktar minn 200 speċi ta’ tajr aċċidentalment jieklu plastik. Il-plastik jiġi kkonsmat mit-tajr meta il-plastik ikun għamel xi żmien fil-baħar u jispiċċa jieħu riħa ta’ algi li konsegwentement iqarraq bit-tajr għax jaħsbu ikel u jikkonsmah. Evidenza ukoll turi li diversi bċejjeċ ta’ plastik mhux biss jittieklu, imma jispiċċaw joqtlu diversi speċi ta’ tajr u mammiferi marittimi meta l-plastik jeħel ma xi parti ta’ l-għasfur jew annimal u b’hekk jimpedixxi l-moviment jew titjira normali ta’ dik l-ispeċi.

Il-FKNK tappella biex ikun hawn aktar Kampanji ta’ għarfien u biex ma’ jintremiex skart bħal plastik b’mod irresponsabi, imma dan għandu ikun riċiklat u/jew dispost kif meħtieġ. Għalhekk ukoll, il-FKNK partikolarment tħeġġeg lill-membri tagħha sabiex ikunu minn ta’ quddiem b’aġir responsabli bħala l-ewwel difensuri tal-biodiversità u tal-ambjent naturali.

Ekonomija

Sport