Thursday, November 21, 2024

Fl-2023 il-power stations f’Delimara pproduċew 67.8% tal-provvista tal-elettriku

Aqra wkoll

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li jitrattaw il-provista tal-elettriku f’pajjiżna juru li s-sena li għaddiet kien hemm żieda ta’ 1.3% fil-provvista. L-emissjonijiet mill-ġenerazzjoni tal-elettriku żdiedu b’0.5% meta mqabbel mal-2022.

L-NSO jgħid li kien hemm żieda fil-produzzjoni tal-enerġeija li tiġġedded u anke mill-impjanti tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, u baqgħet fl-istess ilma l-importazzjoni tal-elettriku bl-interconnector. L-akbar domanda u l-konsum tal-elettriku s-sena l-oħra kienu f’Lulju u Awwissu.

Il-power stations f’Delimara pproduċew kważi 68% tal-provvista tal-elettriku. Madwar 11% oħrajn kienu ġġenerati minn sorsi ta’ enerġeija li tiġġeded l-iżjed mill-panelli tax-xemx filwaqt li l-importazzjoni mill-interconnector kienet ta’ ftit aktar minn 21%tal-elettriku kollu kkunsmat f’pajjiżna.

L-NSO jkompli juri li l-ġenerazzjoni mill-impjanti żdiedet b’1.5% fuq is-sena ta’ qabel, waqt li l-enerġija li tiġġedded żdiedet b’aktar minn 7%. L-elettriku impurtat bl-interconnector mill-Italja żdied b’0.3%.

Iċ-ċifri juru wkoll li d-domanda medja annwali s-sena l-oħra kienet ta’ 446MW, li hija tnaqqis ta’ 5.9 fil-mija fuq is-sena ta’ qabel.

Sport