Statistika li ġiet ippubblikata mill-Eurostat turi li Malta kellha l-inqas rata ta’ trabi fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea matul l-2023.
Ir-rapport tal-Eurostat jgħid li Malta kellha rata ta’ 1.06 għal kull mara. Min-naħa l-oħra l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea li fl-2023 twieldu trabi kien fil-Bulgarija b’rata ta’ 1.81 għal kull mara.
L-Istatistika turi li b’kollox matul is-sena msemmija fir-rapport twieldu 3.67 miljun tarbija fil-pajjiżi kollha Ewropej u dan ifisser tnaqqis ta’ 5.4% meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Fil-fatt fl-2023 twieldu 3.88 miljun tarbija inqas meta mqabbel mal-2022. D
Dan hu l-akbar tnaqqis li qatt kien hemm fit-twelid tat-trabi fl-Ewropa mill-1961 ‘l hawn.
Ir-rata ta’ fertilità fl-Ewropa fl-2023 kiene ta’ 1.38 għal kull mara u dan ifisser naqqis mis-sena ta’ qabel hekk kif dakinhar kienet 1.46 għal kull mara.
Intant, it-tieni l-aktar pajjiż li fih twieldu trabi kien Franza b’rata ta’ 1.66 għal kull mara segwit mill-Ungerija b’rata ta’ 1.55 għal kull mara.
L-inqas pajjiż li fih twieldu trabi qabel Malta kien hemm Spanja b’rata ta’ 1.12 għal kull mara filwaqt li fil-Lithuania kien hemm rata ta’ 1.18 għal kull mara.
Dwar dan is-suġġett kien tkellem fil-Parlament il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana fejn kien sostna li pajjiżna jridu jieħu miżuri b’mod urġenti ħafna, miżuri drastiċi biex iżid ir-rata tat-twelid tat-trabi fil-pajjiż.
Min-naħa tagħhom għaqdiet favur in-nisa f’Malta li tkellmu f’Jum il-Mara wrew it-tħassib tagħhom għan-nuqqas ta’ trabi li qegħdin jitwieldu. Huma sostnew li n-nisa għandhom bżonn leave tal-maternità ferm itwal, hemm bżonn li jkun hemm leave tal-paternità li jkun imħassal b’mod tajjeb għaż-żewġ ġenituri.
Huma sostnew ukoll li hemm li fil-pajjiż tidħol sistema li wieħed mill-ġenituri jkun jista’ jieħu l-leave meta t-tfal ikunu morda minħabba li ħafna ġenituri qegħdin isibha diffiċli ma’ min iħallu t-tfal. Talbu wkoll li jkun hemm aktar flessibilità fuq il-postijiet tax-xogħol u jekk hemm bżonn mhux bilfors il-ġenituri jirraportaw fuq il-post tax-xogħol tagħhom, iżda jkunu jistgħu jaħdmu minn djarhom jew postijiet oħrajn.