Matul is-sena 2024 l-ammont ta’ persuni li tressqu b’rabta ma’ traffikar ta’ droga, kienu dawk ta’ 59 persuna fil-Qrati ta’ Malta u żewġ persuni fil-Qrati ta’ Għawdex.
Dan iddikjarah il-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni Jonathan Attard fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo
Il-Ministu Attard spjegat li l-każijiet ta’ dawk il-persuni mressqa l-Qorti b’rabta ma’ traffikar ta’ droga f’ammont ta’ inqas minn 300 gramma jinstemgħu mill-Qorti tal-Maġistrati bħala Qorti ta’ Ġudikatura Kriminali.