Wednesday, May 14, 2025

“Għalaqna pjanta tal-ewwel sound stage li se jinbena fil-Malta Film Studios”- Johann Grech

Aqra wkoll

Grech qal ukoll; “Kburi li nista’ nikkonferma li l-ġimgħa l-oħra għalaqna pjanta tal-ewwel sound stage li se jinbena fil-Malta Film Studios. Ilkum għandna blue print dettaljat, bi pjnati ċari tal-masterplan tal-MFS”

Semma’ li l-pass li jmiss huwa li tinħareġ sejħa pubblika, b’mudell ta’ business rigward finanzjament li jagħżlel il-gvern. se nkunu qed nagħtu garanzija għal karrieri fil-films.

Dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali, il-Kummissarju tal-Films qal li r-rapport ma sab l-ebda “wrong doing” fl-amministrazzjoni jew operat tal-Kummissjoni.

Fl-2024 inħolqu mal-3,385 opportunita ta’ impjieg fil-films għall-Maltin

Johann Grech qal ukoll li l-2023 kienet l-aqwa sena ta’ kull żmien u li matul is-sena li għaddiet inħolqu mal-3,385 opportunita ta’ impjieg fil-films għall-Maltin. 

Ingħad li 8 minn kull 10 ħaddiema fil-films huma Maltin u li minn industrija straġjonali ddawret għal industija li taħdem kuljum. 

Grech qal ukoll; “Kemm ili responsabbli f’din il-kariga ksibna 169 -il produzzjoni. Xahrejn ilu kien xahar rekord fl-industrija tal-films 8 films f’daqqa”.

“Minn industrija staġjonali tal-films ġibniha waħda back to back”- Il-Kummissarju tal-Films Johann Grech

Din is-sena l-industrija tal-films qed tiċċelebraw 100 sena films f’Malta. Il-Kummissjoni ġiet imwaqqfa fis-sena 2000. 25 sena ilu. Il-Kummissjoni bdiet toffri l-inċentivi tal-cash rebate fl-2005.

Għal żmien twil, l-industrija tal-films kienet waħda staġjonali. Kienet industrija li taħdem bl-iskossi. Illum dawwarna kompletament is-sitwazzjoni ta’ din l-industrija li għal minn aktar minn 90 sena, u minn industrija staġjonali ġibniha waħda back to back. Anka waqt pandemija l-industrija baqgħet għaddejja.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-il-Kummissarju tal-Films Johann Grech qed jitkellem dwar ir-rapport tal-Awditur Ġenerali fir-rigward tal-ħidma li qed twettaq il-Kummissjoni biex tmexxi ’l quddiem l-industrija Maltija tal-Films u kif ukoll konnessi mal-istess industrija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport