Matul l-2025, l-operazzjonijiet żdiedu biex il-perjodu ta’ stennija ikompli jonqos, tant li saru 6,173 operazzjoni tal-kataretti ġewwa Malta u 445 operazzjoni f’Għawdex.
Dan qalu l-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fil-Parlament meta kien qed iwieġeb mistoqsija li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista Chris Said.
Il-Ministru tas-Saħħa irimarka li jinsab infurmat li fl-2024, il-ħin medju ta’ stennija kien ta’ 7 xhur hawn Malta u ta’ 6 xhur f’Għawdex.
Tenna li jrid jingħad, li dan filwaqt li fl-2024, kienu saru 4,521 operazzjoni tal-kataretti ġewwa Malta u 428 operazzjoni ġewwa Għawdex.

