Matul is-sena li għaddiet, jiġifieri fl-2025 pajjiżna rreġistra l-inqas rata ta’ kriminalità fl-istorja. Malta rrreġistrat l-inqas rappoti ta’ serq matul dawn l-aħħar 20 sena.
Dawn iċ-ċifri intqalu mill-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà u l-kriminologu Saviour Formosa ilbieraħ, hekk kif ġie ppreżentat ir-Rapport dwar il-Kriminalità għas-sena 2025.
F’dettalji li ngħataw propju lbieraħ waqt il-Kabinett man-Nies, li sar fl-istazzjon tat-tifi tan-nar f’Ħal Far, ħareġ li matul l-2025 kien hemm mal-15,600 rapport ta’ kriminalità. Dan minkejja ż-żieda fil-populazzjoni fl-aħħar snin.
Minn dan ir-rapport ħareġ kif fl-2025, Malta rreġistrat fost l-inqas rapporti ta’ serq fl-aħħar 20 sena. Dan ir-riżultat pożittiv qed ikun attribwiet għaż-żieda u l-investiment fil-Pulizija fil-Komunità. Bir-rapporti ta’ pickpocketing ukoll naqsu b’39%.
Jirriżulta wkoll li għall-ewwel darba mill-2007, is-sena l-oħra ġew irrapporti inqas każijiet ta’ vjolenza domestika, meta mqabbel ma’ sena ilu. Ta’ min wieħed jinnota li l-aktar ħames tipi ta’ kriminalità rrapportata s-sena l-oħra kienu: s-serq, ħsarat, il-vjolenza domestika, każijiet ta’ frodi u kkważar ta’ ġrieħi fuq persuni oħrajn.

