Saturday, October 26, 2024

Fl-Afganistan: It-Taliban jipprojbixxu lin-nisa milli jattendu fl-universitajiet 

Aqra wkoll

It-Talibani pprojbixxew lin-nisa milli jattendu fl-universitajiet tal-Afganistan, u qanqlu kundanna internazzjonali u disprament fost iż-żgħażagħ fil-pajjiż. Il-Ministru tal-Edukazzjoni ħabbar dan fl-aħħar sigħat, u qal li din l-ordni qiegħda tidħol fis-seħħ b’effett immedjat.

Din il-projbizzjoni tkompli tirrestrinġi l-edukazzjoni tan-nisa, bil-bniet diġà ġew esklużi mill-iskejjel sekondarji. Wara dan kollu, xi nisa għamlu protesti fil-kapital Kabul matul il-jum tal-Erbgħa. “Illum noħorġu fit-toroq ta’ Kabul biex ngħollu leħinna kontra l-għeluq tal-universitajiet tal-bniet,” qalu dimostranti mll-grupp tal-Unità u Solidarjetà tan-Nisa fl-Afganistan. Dawn id-dimostrazzjonijiet żgħar malajr twaqqfu minn uffiċjali Talibani. 

In-Nazzjonijiet Uniti u diversi pajjiżi kkundannaw din l-ordni, li tieħu lill-Afganistan lura għall-ewwel perjodu ta’ ħakma tat-Taliban meta n-nisa ma setgħux jirċievu edukazzjoni formali.

Intant, is-Segretarju tal-Istat Amerikan Anthony Blinken qal li: “It-Taliban ma jistgħux jiistennew li jkunu membru leġittimu tal-komunità internazzjonali sakemm jirrispettaw id-drittijiet ta’ kulħadd fl-Afganistan.”

Studenti nisa tkellmu mal-BBC dwar id-diqa tagħhom għal din l-ordni. “Qerdu l-uniku pont li jista’ jgħaqqadni mal-futur tiegħi,” qalet studenta mill-Università ta’ Kabul. “Kif nista’ nirreaġixxi? Emmint li nista’ nistudja u nbiddel il-futur tiegħi iżda dan kollu qerduh.” Studenta oħra qalet li kienet “tilfet kollox.” 

Sport