Sunday, December 22, 2024

Fl-aħħar 70 sena kważi 5,000 tifel u tifla fil-Portugall sfaw vittmi ta’ abbużi sesswali mwettqa mill-qassisin

4% biss tal-każi se jkunu investigati mill-Pulizija ... il-maġġorparti tal-każijiet ġew preskritti

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Kummissjoni Indipendenti fil-Portugall ikkonkludiet li mis-sena 1950 ‘l hawn kien hemm madwar 5,000 tifel u tilfa li sfaw abbużati minn qassisin jew minn membri tal-kleru tal-Knisja Kattolika.

Din il-Kummisjoni, li twaqqfet mill-Konferenza Episkopali Portugiża, ġiet inkarigata sabiex tinvestiga rapporti ta’ abbużi sesswali mwettqa mill-Kleru f’dawn l-aħħar 73 sena. Skont dokumenti li għandha f’idha l-Kummissjoni, hemm madwar 564 persuna li qalu illi ġew abbużati minn qassisin u/jew uffiċjali tal-Knisja, bi wħud mill-każijiet li saħansitra jmorru lura għall-1950.

F’Ottubru tas-sena l-oħra, sitt esperti ltaqgħu ma’ 500 persuna li allegaw każ ta’ abbuż minn membri tal-Knisja Kattolika.

Sfortunatament, 25 każ biss se jgħaddu għand il-Pulizija Portugiża sabiex isiru l-investigazzjonijiet dwarhom minħabba li l-maġġorparti tal-każijiet ilhom li saru iktar minn 20 sena ilu u allura ġew preskritti.

Ekonomija

Sport