Sunday, December 22, 2024

Fl-aħħar disa’ xhur fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali tħawlu 3,000 siġra u arbuxelli u 42,000 pjanta

Aqra wkoll

Il-Unit speċjalizzat li qed imexxi l-Park Nazzjonali ta’ Malta bl-għajnuna tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi għaddejjin b’ħidma kontinwa biex jagħtu dehra isbaħ il-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali biex ikunu jista’ jitgawda aħjar mill-pubbliku.

Dan il-park huwa miftuħ għall-pubbliku 24 siegħa kuljum u mħares b’sistema ta’ CCTVs u għalhekk joffri ambjent sigur fejn wieħed jista’ jqatta’ ħin ta’ kwalità mal-familja tiegħu.

Waqt żjara li għamel din il-ġimgħa l-Ministru Zrinzo Azzopardi spjega li r-riġenerazzjoni tal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali tinsab fi stadju avvanzat u semma li aktar kmieni din is-sena ġie inawgurat l-ispazju għall-Arti u t-Teatru fil-Park Nazzjonali biex jintuża għal produzzjonijiet kulturali u sar investiment fil-faċilitajiet tal-park biex dawn ikunu jistgħu jitgawdew mill-artisti u mill-pubbliku inġenerali.

Il-proċess ta’ tħawwil ta’ siġar, pjanti u arbuxelli fiż-żona tal-Formal Garden qed jiġi fi tmiemu għal din is-sena. F’dawn id-disa’ xhur tħawlu madwar 3,000 siġar u arbuxelli u 42,000 pjanti.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi appella lill-familji Maltin u Għawdxin biex iżuru dan il-park, il-ministru qal li jħares ’il quddiem biex tkompli l-ħidma u jitlestew iż-żoni l-oħra li jifformaw parti minn dan il-proġett.

Il-Kap tal-Unit tal-Park Nazzjonali ta’ Ta’ Qali, Jason Micallef, qal li huwa sodisfatt bl-istandards tal-aqwa livell li bih qed jinżamm u jiġi indukrat dan il-park. Huwa kompla li qed isir investiment regolari f’dan il-park biex jibqa’ jkun wieħed mill-isbaħ spazji miftuħa f’pajjiżna.

Ekonomija

Sport