Monday, December 23, 2024

FL-AĦĦAR ĦIN – Jitħabbar it-tielet vittma tal-COVID-19

Aqra wkoll

L-anzjan ta’ 84 iddaħħal ilbieraħ l-isptar Mater Dei

Il-Ministeru għas-Saħħa għadu kemm ġie infurmat li anzjan ta’ 84 sena huwa t-tielet vittma tal-Covid- 19 f’pajjiżna. 

L-anzjan iddaħħal l-isptar Mater Dei ilbieraħ, fejn sarlu test għal Covid-19 li rriżulta pożittiv. Il- kundizzjoni tal-anzjan, li kien ibati b’kundizzjonijiet oħrajn tas-saħħa, baqgħet sejra lura. Huwa miet fl-Isptar Mater Dei dalgħodu. 

Dan huwa każ ieħor fejn persuna anzjana tilfet ħajjitha u kienet pożittiva għal-Covid-19, għaldaqstant il-Ministeru għas-Saħħa mill-ġdid jappella biex jiġu segwiti l-appelli tad-Dipartiment għas-Saħħa Pubblika—hekk biss jiġu protetti l-anzjani u l-persuni vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. 

Il-Ministeru għas-Saħħa jagħti l-kondoljanzi lill-familjari tal-anzjan.

Ekonomija

Sport