Sunday, September 15, 2024

Fl-aħħar jiem il-President Ukren Zelensky żgiċċa tliet tentattivi fuq ħajtu

Aqra wkoll

L-aħbarijiet internazzjonali kif ukoll dawk lokali, fl-aħħar jiem kienu maħnuqa minn aħbarijiet suwed, lkoll jirrapportaw dak li qiegħed jiġri fl-Ukrajna mit-troppi militari Russi.

Skont aktar aħbarijiet li ħerġin mill-Ukrajna, li bħalissa qed tkun assedjata minn bombardamenti Russi, il-mira numru wieħed tal-President Russu Vladimir Putin huwa propju l-President Ukren Volodymyr Zelensky.

Jidher li xi merċinarji mill-grupp Wagner, li jgawdu s-sapport tal-Kremlin kif ukoll grupp ieħor mill-forzi speċjali ta’ Chechen intbgħatu biex joqtlu lil Zelensky.

Minkejja dawn it-tentattivi, it-tim ta’ sigurtá li bħalissa qiegħed jipproteġi lill-President Ukren irnexxielu jxekkel dawn it-tentattivi.

Ekonomija

Sport