Bejn Lulju u Diċembru tas-sena l-oħra, 1,194 persuna kienu involuti f’inċidenti li ma kinux fatali fuq il-postijiet tax-xogħol. Dan l-ammont juri tnaqqis ta’ 2.1 fil-mija fl-inċidenti mhux fatali meta mqabbel fuq l-istess perjodu tal-2020.
Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, il-parti l-kbira tal-inċident ġraw fis-settur tal-manifattura filwaqt li wara jiġi s-settur tal-kostruzzjoni b’14.7 fil-mija tal-inċidenti.
L-ikbar għadd ta’ korrimenti affettwaw il-parti ta’ fuq tal-ġisem l-iktar is-swaba u l-idejn.
Mill-inċidenti kollha li seħħew, fl-aħħar sitt xhur tas-sena l-oħra, 30.3 fil-mija minnhom ġraw f’postijiet tax-xogħol li jħaddmu mhux inqas minn 500 ħaddiem.
F’dawk li huma inċident fatali, l-Awtorità għas-Saħħa u Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol irrappurtat tliet każi ta’ mwiet fuq il-post tax-xogħol bejn Lulju u Diċembru 2021.