Thursday, December 26, 2024

Fl-aħħar tliet xhur tal-2021 il-pagi żdiedu b’1.5% fiż-żona tal-Ewro

Aqra wkoll

Fl-aħħar tliet xhur tal-2021, l-ispiża tax-xogħol fis-siegħa żdiedet b’1.9 % fiż-żona Ewro u bi 2.3 % fl-Unjoni Ewropea, meta mqabbla mal-istess perijodu tas-sena ta’ qabel. Din iż-żieda fl-ispiża tax-xogħol kienet dovuta prinarjament għal żieda fil-pagi u s-salarji u spejjeż oħra mhux relatati mal-pagi. 

Dawn iċ-ċifri huma ppubblikati mill-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea.

Fiż-żona tal-Ewro, l-ispejjeż tal-pagi u s-salarji għal kull siegħa maħduma żdiedu b’1.5%, filwaqt li l-ispejjeż mhux tal-pagi żdiedu bi 3.4% fir-raba’ kwart tal-2021, meta mqabbel mal-istess kwart tas-sena ta’ qabel. Fl-Unjoni Ewropea, l-ispejjeż tal-pagi u s-salarji fis-siegħa żdiedu bi 2.0% u dawk mhux tal-pagi bi 3.6% fl-istess perijodu tal-2021.

Meta mqabbla mal-istess kwart tas-sena preċedenti, l-ispejjeż tax-xogħol fis-siegħa fiż-żona tal-Ewro żdiedu b’1.4% fl-ekonomija (prinċipalment) mhux tan-negozju u bi 2.1% fl-ekonomija kummerċjali: +1.5% fl-industrija , +2.1% fil-kostruzzjoni u +2.4% fis-servizzi. 

Fl-Unjoni Ewropea, l-ispiża tax-xogħol fis-siegħa kibret b’1.6% fl-ekonomija (prinċipalment) mhux tan-negozju u bi 2.6% fl-ekonomija tan-negozju: +2.1% fl-industrija, +2.5% fil-kostruzzjoni u +2.9% fis-servizzi.

Ekonomija

Sport