Thursday, December 26, 2024

“Fl-aħħar wasal iż-żmien li għada nitkellem u noħroġ il-verità”; Keith Schembri qabel jagħti x-xhieda tiegħu għada fil-Qorti

Aqra wkoll

“Fl-aħħar wasal iż-żmien li għada nitkellem u noħroġ il-verità.” Hekk ikkummenta Keith Schembri, l-eks-Chief of Staff tal-ek-Prim Ministru Joseph Muscat, hekk kif għada mistenni li jagħti x-xhieda tiegħu fil-kumpilazzjoni kontra Yorgen Fenech, l-allegat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Tul il-kumpilazzjoni l-isem ta’ Schembri issemma minn Melvin Theuma, il-middleman fil-qtil ta’ Caruana Galizia, b’dan jallega fil-Qorti li Fenech kien qallu li Keith Schembri kien wieħed mill-persuni li kienu jgħaddulu informazzjoni sensittiva dwar l-investigazzjoni tal-qtil ta’ Caruana Galizia.

Intant il-kumpilazzjoni mistennija tkompli għada filgħodu.

Ekonomija

Sport