Tuesday, December 24, 2024

Fl-aħħar xahar il-Covid-19 ħalla mas-60,000 vittma fiċ-Ċina

Aqra wkoll

Iċ-Ċina rreġistrat madwar 60,000 każ ta’ mewt relatat mal-Covid-19 fi ftit iżjed minn xahar. Skont ċifri maħruġin minn uffiċjali fil-pajjiż intqal li bejn it-8 ta’ Diċembru u t-12 ta’ Jannar kienu reġistrati xejn inqas minn 59,938 persuna li tilfu ħajjithom waqt li kienu pożittivi.

Il-maġġoranza tal-vittmi kellhom iżjed minn 80 sena u kienu saħansitra jbatu minn kundizzjonijiet ulterjuri.

Sa mill-bidu tal-pandemija ċ-Ċina kienet akkużata li ma kinitx qiegħda tirreġistra ċ-ċifri attwali u minkejja din iċ-ċifra daqstant imwiegħra, bosta qegħdin ikomplu jisħqu li din mhix veritiera minħabba li dawk reġistrati huma biss imwiet li seħħew f’faċilitajiet mediċi. 

Ekonomija

Sport