Monday, December 23, 2024

Fl-Ajruport ta’ Gatwick: Jinstab katavru ta’ raġel fil-parti ta’ isfel ta’ ajruplan

Aqra wkoll

Katavru ta’ raġel instab fil-parti ta’ isfel tal-ajruplan fl-ajruport ta’ Gatwick. It-titjira ta’ Tui kienet telqet mill-kapitali tal-Gambja, Banjul, lejn l-ajruport f’West Sussex.

Il-Pulizija ta’ Sussex qalet li s-sejba saret fl-ajruport għall-ħabta tal-4.00 a.m. fis-7 ta’ Diċembru. Qalu wkoll li l-uffiċjali qegħdin jinvestigaw dan il-każ.

Kelliem għall-ajruport ta’ Gatwick qal: “Din hija aħbar ta’ diqa u ħsibijietna jmorru lejn il-familjari u l-ħbieb tal-persuna mejta”. 

Kelliem għal Tui qal: “Nistgħu nikkonfermaw li għaddejja investigazzjoni mill-awtoritajiet wara li fis-7 ta’ Diċembru nstab katavru fuq titjira ta’ Tui mill-Gambja lejn l-ajruport ta’ Gatwick. Nesprimi l-kondoljanzi sinċiera tagħna.” 

Kelliem għall-Gvern tal-Gambja qal li r-raġel ta’ karnaġġjon skur għadu mhux identifikat. 

Ekonomija

Sport