Wara li din il-ġimgħa ħarġet l-aħbar li missier ta’ żewġt itfal Fl-Amerka: Familja ta’ missier mhux imlaqqam tgħid li baqagħlu biss ħames snin ħajja jekk ma jirċevix qalb ġdidtfal ġie rrifjutat trapjant tal-qalb minħabba li mhux imlaqqam kontra Covid-19, fl-aħħar sigħat il-familja tiegħu qalet li baqagħlu biss ħames snin ħajja jekk ma jingħatax qalb ġdid.
DJ Ferguson, ta’ 31 sena, issa kellu jagħmel apparat apposta, magħruf bħala left ventricular assist device, li għandu jdum sa ħames snin.
Ferguson iddaħħal fi Sptar Amerikan f’Novembru minħabba li għandu kundizzjoni ereditarja.
Ommu Tracey tkellmet ma’ ABC News biex tgħid li binha mhuwiex kontra t-tilqim għax ħa t-tilqim kollha, iżda jinsab biss imħasseb dwar il-vaċċin tal-Covid minħabba l-kundizzjoni tiegħu. Midja internazzjonali oħra rrappurtat li missieru David Ferguson qal li ibnu għadu jirrifjuta li jirċievi l-vaċċin għax qal li jmur kontra l-prinċipji tiegħu u li ma jemminx fih.
Minkejja kollox, it-tobba sostnew li r-riskju li jaqbdu l-Covid u jkollu kumplikazzjonijiet ħabba dan huma ferm aktar severi milli jkollu infjammazzjoni temporanja tal-qalb.
Intant, l-isptar li kien se jagħmel l-operazzjoni, Brigham and Women’s Hospital f’Boston, ħareġ stqarrija fejn qal li l-protokolli tagħhom jallinjaw ma’ ħafna programmi oħra ta’ trapjant madwar il-pajjiż, u li l-vaċċin Covid-19 huwa wieħed minn diversi vaċċini li huma meħtieġa sabiex biex tiġi żgurata operazzjoni b’suċċess.
Esperti mediċi oħra qablu mal-politika tal-isptar, inkluż Dr Athur Caplan, il-kap tal-Etika Medika fl-Iskola tal-Mediċina NYU Grossman.
Huwa nnota kif wara kwalunkwe trapjant, sew jekk fost l-oħrajn hux tal-kliewi jew tal-qalb, is-sistema immunitarja tkun baxxa ħafna.
“L-influwenza tista’ toqtlok, riħ jista’ joqtol, il-Covid jista’ joqtlok. L-organi huma skarsi, mhux se nagħtuhom lil xi ħadd li għandu ċans fqir li jgħix meta oħrajn li huma mlaqqma jkollhom ċans aħjar li jgħixu wara l-operazzjoni.”