Thursday, December 26, 2024

Fl-Amerka: mara ngħatat $1 miljun wara li l-imgħallem tagħha stupraha fil-kamra tal-lukanda 

Aqra wkoll

Mara rriżenjat mill-impjieg tagħha wara li l-imgħallem tagħha stupraha f’kamra tal-lukanda. Il-każ ġara meta ltaqgħu ma’ kollegi oħra tax-xogħol u marru f’lukanda jixorbu u jieħdu pjaċir flimkien. 

Il-mara tgħid li spiċċat fis-sakra u tiftakar biss episodji ta’ dak il-lejl fosthom dik li l-imgħallem tagħha ħadha fil-kamra tal-lukanda u stupraha. Ir-raġel ċaħad bil-qawwi l-akkużi miġjuba kontrih u qal li huwa mar fil-kamra magħha biex jgħinha għax ma kinitx f’sikkitha.

Madanakollu huwa nstab ħati għalhekk il-mara ngħatat is-somma ta’ miljun dollaru minħabba li tilfet ix-xogħol kif ukoll għax spiċċat vittma ta’ stupru. 

Ekonomija

Sport