Sunday, December 29, 2024

Fl-Amerka: mixli bil-qtil ta’ ibnu wara li sakkru fil-karozza u ħallieh fix-xemx għal ħames sigħat

Aqra wkoll

Ġuvni ta’ 19-il sena ħa lil ibnu l-isptar li kien mitluf minn sensih. Huwa qal lit-tobba li kien ħalla lil ibnu fil-karozza biex juża malajr il-kamra tal-banju. 

It-tobba għamlu dak kollu li setgħu biex isalvaw it-tarbija iżda sfortunatament kien kollu għalxejn. Aktar tard bdew l-investigazzjonijiet tal-pulizija fejn kien hemm suspetti fuq l-istorja li rrakkonta missier it-tifel. 

Ftit wara huwa stqarr mal-pulizija li kien ħalla lil ibnu fil-karozza għal tul ta’ ħin. Il-pulizija ġabru filmat fejn il-missier deher iħalli lil ibnu fil-karozza għall-ħabta tat-8:30 a.m. u jmur jiġbru fis-2 p.m., ftit aktar minn ħames sigħat. 

L-awtoritajiet qalu li t-temperatura li kien hemm fil-karozza x’aktarx kienet twassal għal 130 grad. It-tifel li apparti kien maqful, kien bla ilma u mingħajr AC. 

Huwa mifhum li l-missier ħalla lil ibnu fil-karozza biex ikun jista’ joqgħod waħdu fl-appartament sakemm isir il-ħin li jmur għal martu x-xogħol, għalhekk dan ma kienx każ li huwa nesa lit-tifel iżda att intenzjonat sabiex ma jkollux tfixkil għall-bqija tal-ġurnata. 

Huwa ammetta mal-pulizija li kien konxju li t-tifel jista’ jiġrilu xi ħaġa jekk iħallih għal ammont ta’ ħin fix-xemx imsakkar fil-karozza. 

Il-ġuvni nżamm arrestat u qed ikun mixli bil-qtil ta’ ibnu. 

Ekonomija

Sport