Friday, December 20, 2024

Fl-Amerka: Rapper jinżamm arrestat wara li nqatlu sitt persuni waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-4 ta’ Lulju

Aqra wkoll

Robert E Crimo III, rapper ta’ 22 sena u li ġej minn familja Taljana-Amerikana, qed jinżamm arrestat b’rabta mal-isparatura tal-bieraħ li fiha nqatlu sitt persuni waqt il-parata taċ-ċelebrazzjonijiet tal-4 ta’ Lulju. Dan filwaqt li għadd ta’ persuni sfaw midruba u ttieħdu l-isptar; sitta minnhom għadhom qed jinżammu l-isptar fejn qed jingħataw trattament mediku.

Il-każ seħħ f’Chicago, fejn l-aggressur fetaħ in-nar fuq familja li kienet qed tieħu sehem fil-parata. L-isparatura seħħet kwarta wara li bdew iċ-ċelebrazzjonijiet tal-bieraħ filgħodu, u l-arrest sar ilbieraħ filgħaxija, madwar 10 sigħat wara li bdew iċ-ċelebrazzjonijiet.

Ħames mis-sitt vittmi huma adulti; l-età tal-vittma l-oħra għadha ma ġietx stabbilità.

Fost il-kontenut li ta’ spiss kien jittella’ online minn Crimo, wieħed isib kanzunetti bħal “Dead Again” u “I Am the Storm”, kif ukoll vidjow mużikali li l-ambjentazzjoni tiegħu tixbah sparatura fi klassi. F’filmat li ħareġ għall-kanzunetta “Toy Soldier” tidher figura ta’ raġel jispara fuq in-nies u mbagħad l-istess persuna tidher mixħuta mal-art u mgħerrqa fid-demm wara li apparentament tintlaqat b’arma tan-nar mill-Pulizija.

Ekonomija

Sport