Sunday, December 22, 2024

Fl-Amerka: Student ta’ 22 sena jista’ jsir missier wara li sab tarbija fiż-żibel

Aqra wkoll

Student ta’ 22 sena li jgħix f’Texas jista’ jsir missier ħin bla waqt wara li applika biex jadotta tarbija li sab mormija f’tank taż-żibel waqt li kien fuq btala f’belt twelidu fil-Ħaiti.

L-istudent, Jimmy Amisial kien fi triqtu lejn l-orfanatrofju fejn kien jagħmel xogħol volontarju sa minn żogħżitu u ra grupp kbir ta’ nies miġbura madwar skip taż-żibel.

Kurjuż kif kien, huwa mar biex jara x’kien qed jiġri u kif wasal fuq il-post lemaħ tarbija ta’ erba’ xhur qalb l-iskart, miksija bin-nemel.

Huwa daħal fl-azzjoni billi qabad lit-tarbija tifel, ħadu d-dar għand ommu, ħaslu, libsu u sqieh il-ħalib tat-trabi qabel ħadu għall-għajnuna medika.

Amisial irraport l-inċident lill-pulizija, li fetħu investigazzjoni biex isibu min kienu l-ġenituri tat-tifel iżda dan ma rnexxiex.

Fil-qorti, l-imħallef staqsa lil Jimmy, li kellu biss 22 sena, jekk kienx se jsir gwardjan legali tat-tarbija u l-istudent qal iva.

Minn dakinhar, Jimmy, li qed jistudja fl-Università tal-Istat ta’ Texas, beda jaqsam ħinu bejn l-Istati Uniti u  Ħaiti, biex ikun ħdejn it-tarbija li qed tieħu ħsiebha ommu.

Jimmy, li semma lit-tarbija Emilio Angel Jeremiah applika biex jadotta formalment lil Emilio u jsir missieru uffiċjali.

Ekonomija

Sport