Saturday, December 21, 2024

Fl-Amerka: Tawh kastig billi poġġewh f’xawer bl-ilma kiesaħ u wara li miet ippruvah jeħilsu mill-katavru

Aqra wkoll

Kellu sitt snin biss. Il-ġisem bla ħajja tiegħu instab qrib dar abbandunata f’Van Buren Street f’Gary f’Indiana. Qabel ma instab sar rapport minn familtu li t-tifel kien nieqes. Is-sejba tal-katavru tat-tifel ma qarrqitx bl-investigaturi li mill-ewwel xeħtu għajnejhom fuq il-familjari u fuq id-dar fejn kien jgħix it-tifel fit-tramuntana ta’ Chicago. Kien hawn li l-investigaturi kkonfermaw evidenza li ma kienet taqbel xejn ma’ dak li kienu qed jgħidu l-familjari. 

Filfatt kollox jindika li t-tifel kien qed jiġi kkastigat għal xi ħaġa li wettaq. Il-kastig li tawh kien wieħed sever, tant li t-tifel spiċċa biex miet. Kien hawn li l-omm u żewġ ħutu ppruvaw jeħilsu mill-katavru tiegħu billi jabbandunanw f’Indiana. Kemm l-omm kif ukoll żewġ ħutu kienu akkużati fuq dan il-każ. L-omm kienet akkużata bi qtil, waqt li ħutu kienu akkużati li ħbew il-katavru.

It-tifel Damari Perry, irriżulta li ngħata kastig billi tpoġġa ġo xawer bl-ilma kiesaħ għal ħin twil. Jidher li aktar tard beda jirremetti u ntilef minn sensieh.

Kien hawn li l-familjari raw kif se jeħilsu mill-katavru u ħaduh f’Indiana u abbandunawh qrib dar mitluqa.

Ekonomija

Sport