Tifla ta’ seba’ snin tilfet ħajjitha traġikament fl-Amerka. Minn stħarriġ illi sar irriżulta li t-tifla ma kinitx marbuta biċ-ċinturin fuq is-seat tagħha u b’konsegwenza t’hekk waqgħet mit-tieqa tal-karozza u ġiet fi triq traffikuża.
L-ambulanza ġiet imsejħa fuq il-post iżda kien tard wisq għax it-tifla ġiet iċċertifkata mejta minħabba li ntlaqtet minn diversi vetturi.
Sewwieq ta’ mutur li nzerta għaddej minn hemm fil-ħin tal-inċident ħaseb li kien hemm xi ħaġa fin-nofs li bdiet timbokka parti mit-triq. Qatt ma basar li dak kien katavru ta’ tifla.
L-omm ta’ 29 sena flimkien mal-għarus tagħha ġew arrestati u qed ikunu akkużati b’dan l-inċident.