Fl-Awstralja qiegħed jinstema fil-Qorti Suprema, il-każ kontra l-uffiċjal tal-pulizija f’New South Wales talli allegatament uża taser gun fuq Clare Nowland ta’ 95 sena. Min-naħa tagħhom il-prosekuturi qegħdin jallegaw li l-azzjonijiet tal-uffiċjal kienu spoporzjonati u eċċessivi minħabba l-eta u l-kapaċta tal-anzjana.
Din l-informazzjoni ħarġet ukoll minn stqarrija tal-Pulizija, li fih ġew żvelati diversi dettalji tal-każ fejn intuża teaser gun fuq l-anzjana. L-istqarrija tgħid ukoll li r-rapport preliminari tal-Pulizija sab li ċ-ċirkostanzi tal-inċident ma laħaqx il-limitu sabiex l-uffiċjal jagħmel minn użu ta’ teaser gun fuq l-anzjana.
Clare Nowland mietet fl-Isptar ta’ Mejju wara li allegatament il-Pulizija Kristian White uża t-teaser gun fuqha. Dan kollu seħħ wara li l-Pulizija intalbet sabiex tassissti f’dar tal-anzjani f’Cooma l-Awstralja, hekk kif l-anzjana Nowland kienet qegħda ġġorr fuqha sikkina.
Meta marru fuq il-post, il-Pulizija ippruvaw jikkonvinċu diversi drabi lil anzjana sabiex tneħħi s-sikkina li kiienet qegħda fuqha. Ġara li minflok hii bdiet tersaq lejn il-pulizija u kien hemm meta White uża t-teaser gun fuq Clare Nowland.
Fid-dokument tal-Qorti kien hemm miktub li White huwa mixli li b’mod mhux xieraq ikkaġuna feriti gravi fuq l-anzjana u li attakkaha bil-konsegwenza li imbagħad eventwalment tilfet ħajjitha. L-istess dokument iddeskriva fid-dettall l-allegati avvenimenti li wasslu sal-mument li Nowland intuża fuqu t-teaser gun.
Id-dokumenti jgħidu li fis-17 ta’ Mejju ta’din is-sena, għall-ħabta tat-3:10 a.m l-infermiera daħlet għax-xogħol, fejn sabet lil Nowland miexja fil-kuritur b’żewġ skieken fuqha. Hija ssuspettat li s-skieken ġabithom mill-kċina. Intqal ukoll li l-istess infermiera talbet lil anzjana sabiex tneħħi s-skieken li kienet qed iġġorr l-anzjana ġo idejha, iżda din irrifjutat milli tneħħihom.
Id-dokumenti tal-qorti jallegaw li l-pulizija li qed jiġi akkużat u l-uffiċjal tal-ambulanza komplew iħeġġu lil Nowland biex iwaqqa’ s-sikkina. White allegatament jgħid lil Nowland: “Clare, ieqaf issa, ara dan huwa taser, waqqa dawk is-skieken li qed iġorr ġo idejk issa għax se jkolli nagħmel użu minnu jekk ma tobdiniex”.
Nhar it-Tlieta li għadda, il-kundizzjonijiet tal-pleġġ tal-allegat akkużat kienu ristretti ħafna. Il-Qorti Awstraljana tat ordni lil akkużat sabiex jattendi l-Qorti meta jkun se jkompli l-każ. Huwa ġieipprojbit ukoll milli jagħmel xi tip ta’ komunikazzjoni u kuntatt mal-familja tal-anzjana Nowland.
Fi stqarrija li ħarġet il-familja ta’ Clare Nowland permezz tal-avukat, qalu li l-fatti u l-allegazzjonijiiet kollha mressqa kontra Kristian White huma konfrontattivi u ta’ xokk kbir għal kullmembru tal-familja.
Fl-istess stqarrija, il-familja. għamlet talba lil pubbliku sabiex huma jingħataw il-privatezza kollha meħtieġa ġaladarba għadhom qegħdin jirċievu informazzjoni fuq il-każ tal-għażiża tagħhom.