Monday, August 11, 2025

Fl-Awstralja: Ingliża tammetti li qatlet raġel meta saqet e-scooter waqt li kienet fis-sakra

Aqra wkoll

Ingliża ammettiet li qatlet raġel fl-Awstralja wara li laqtitu b’e-scooter waqt li kienet taħt l-influwenza qawwija tal-alkoħol.

Il-Qorti semgħet kif f’Mejju li għadda Alicia Kemp ta’ 25 sena minn Redditch, Worcestershire, u persuna oħra kienu tkeċċew minn bar minħabba li kienu fis-sakra. 

It-tnejn li huma kienu krew e-scooter f’dik il-lejla u Kemp kienet qiegħda ssuq b’veloċità ta’ bejn 20 u 25km fis-siegħa, meta laqtet lil Thanh Phan ta’ 51 sena minn wara fuq bankina fiċ-ċentru tal-belt ta’ Perth.

Ir-raġel, missier ta’ żewġt itfal, ħabat rasu mal-bankina u miet l-isptar jumejn wara. Il-persuna li kienet ma’ Kemp weġġgħet gravi fl-inċident fejn sofriet ksur fil-kranju iżda l-ġrieħi li sofriet ma kinux ta’ theddida għal ħajjitha.

Fil-Qorti tal-Maġistrati ta’ Perth, Kemp, permezz ta’ video-link, wieġbet ħatja għall-akkużi ta’ sewqan perikoluż u li kkaġunat il-mewt ta’ persuna waqt li kienet fis-sakra. Dawn l-akkużi waħedhom iġorru piena sa massimu ta’ 20 sena priġunerija. 

Thanh Phan kien qed jistenna biex jaqsam it-triq meta safa milqut mill-e-scooter li kien qed jinstaq minn Kemp. Il-prosekuturi waqqgħu l-akkuża ta’ sewqan perikoluż li kkawża ġrieħi lill-passiġġiera l-oħra. 

Il-Qorti semgħet kif wara l-inċident, il-livell tal-alkoħol fid-demm ta’ Kemp kien 0.158 – aktar minn tliet darbiet il-limitu legali ta’ 0.05 fl-Awstralja. Il-prosekuturi qalu li filmati tas-CCTV kienu juru l-mod perikoluż li bih hija kienet qiegħda ssuq qabel laqtet lil Phan. 

Sadanittant, Kemp se tibqa’ miżmuma taħt arrest sakemm tingħata s-sentenza. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport