Saturday, December 14, 2024

Fl-Awstralja: Tqum minn koma wara erba’ ġimgħat … issir taf li l-għarus għandu tfajla oħra

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Mara ta’ 25 sena marret tgħix l-Awstralja flimkien mal-għarus tagħha. Hija kienet ilha f’relazzjoni miegħu għal dawn l-aħħar erba’ snin. 

Il-mara kienet involuta f’inċident gravi wara li nqelbet bil-karozza b’kollox minn parkeġġ għal ġo fetħa li tħalliet pendenti mill-ħaddiema tal-kostruzzjoni. Hija sofriet ġrieħi f’rasha u eventwalment spiċċat f’koma għal erba’ ġimgħat sħaħ. Kif irnexxielha toħroġ mill-koma, saret taf li l-għarus tagħha kien telaqha u sab maħbuba ġdida.

Hija ppruvat tibgħatlu xi messaġġi kif ukoll iċċempillu iżda hu bblokkjaha biex ma jkollux kuntatt magħha. Ftit wara rċeviet messaġġ mingħand it-tfajla l-ġdida fejn qaltilha li issa hi kienet it-tfajla tiegħu. Żiedet tgħidilha wkoll li issa hu qed jgħix magħha u ma’ binha u li għaldaqstant ma tixtieqx li jkun hemm kuntatt bejniethom. 

Il-familjari tal-mara qalu li sakemm kienet l-isptar, hu qatt ma ġie jżurha. Il-mara żiedet tgħid li r-raġuni għaliex telaqha ma tafhiex. 

Wara dan l-inċident sfortunat, il-mara kellha tibda terapija ġdida, fosthom dik li terġa’ titgħallem timxi mill-ġdid. Hija għamlet kont fuq TikTok biex taqsam l-esperjenza tagħha ta’ kif qed jirnexxilha tkompli b’ħajjitha. B’hekk tkun tista’ tagħmel kuraġġ lil dawk li għaddejjin minn xi sitwazzjoni iebsa.   

Ekonomija

Sport