Il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża Miriam Dalli f’kummenti li tat lill-ġurnalisti għamlet referenza għaċ-ċifri ppublikati mid-Deputat Nazzjonalista Mark Anthony Sammut dwar l-Interconnector.
Il-Ministru Dalli, għall-kuntrarju ta’ dak li allega Sammut, spjegat li għalkemm normalment l-Interconnector jasal sa qawwa ta’ 225 Mega Watts fix-xitwa, f’ċertu każijiet jista’ jlaħħaq sa massimu ta’ 350 Mega Watts. Hija sostniet li dan ikun possibbli diment li ma jdumx iktar minn siegħa u diment li t-temperaturi jinżammu taħt kontroll.
Hija insistiet li fl-ebda ħin ma kellna l-interconnector overloaded kif kien implikat. Temmet tgħid li din hija biss “politika malizzjuża tal-Partit Nazzjonalista” u li sempliċiment qiegħda ssir sabiex jimminaw il-ħidma tal-Enemalta u lill-impjegati tagħha.