Fl-ewwel disa’ xhur ta’ din is-sena, l-awtoritajiet tas-saħħa rrapportaw 1,495 każ ta’ Covid-19, bl-aktar xahar li fih ġew irreġistrati każi jkun Lulju (359).
Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela fi tweġiba għal mistoqsija parlamentari li saritlu mid-Deputat Nazzjonalista David Agius.