Saturday, December 21, 2024

Fl-ewwel diskors tiegħu fil-Parlament jitkellem dwar l-importanza tal-mobbiltà soċjali

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt l-ewwel diskors wara l-ħatra tiegħu bħala Membru Parlamentari, Andy Ellul xtaq jitkellem dwar il-valuri li jħaddan u l-bidla li jixtieq li jara sseħħ fil-politika. Huwa qal li hu kburi li ġej mill-familja tal-ħaddiem, f’pajjiż li għenu jkollu mobbiltà soċjali. Tkellem dwar ix-xewqat tiegħu meta kien izghar li fil-verita’ sehhew, bhal per ezempju li meta kien zaghzugh xtaq li jidħol fil-Korp tal-Pulizija u kif l-esperjenzi li ħa bhala ufficjal se jibqa’ jġorrhom miegħu.

Ellul tkellem ukoll dwar il-ħidma tiegħu bħala Avukat, li wkoll kienet professjoni li xtaq, fejn minn hemm kompla jaqsam it-tagħlim tiegħu b’lectures fl-Università ta’ Malta u anke rrappreżenta lil pajjiżna fil-Kunsill tal-Ewropa f’kumitat speċjalizzat għall-Protezzjoni tal-minuri u issa kompli javvanza fil-karriera politika tiegħu.

Tkellem dwar meta fl-2017 ġie mgħajjat biex jikkontesta l-elezzjoni ġenerali u l-elettorat għenu jifhem aħjar l-obbligi li ġġib magħha l-fiduċja li ngħata mill-elettorat.

Il-Membru Parlamentari Laburista rringrazzja lill-Prim Ministru li kompla juri l-fiduċja tiegħu fih għal din il-kariga tant importanti u kkonferma li hu se jkun qiegħed jerġa’ jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq l-ewwel u t-tielet distrett b’fiduċja mill-Partit.

“Imma nixtieq nirringrazzja lill-ġenituri tiegħi, lil ommi li dejjem ħarset l-interessi tagħna l-ewwel u mhux tagħha, lil missieri li kien ħaddiem u ħaddan fiha valuri sodi soċjalisti li wkoll esperjenza mobbiltà soċjali u li kien dejjem lest biex jgħin lin-nies senza interessi. Legat lil hinn mill-akkademja u l-professjonalità nixtieq li anke jien inħalli”, kompla Ellul.

Huwa sostna li politiku waħdu ma jagħmel xejn u hawnhekk rringrazzja lil dawk kollha li wrew is-sapport kontinwu tagħhom fih b’mod speċjali martu li dejjem kienet hemm għalih f’dan il-vjaġġ.

“Bħala membru parlamentari se nara li l-kunċett tal-mobbiltà soċjali jibqa’ jitjieb u jekk int bin il-ħaddiem, jekk trid tikkwalifika bħala professjonist għandu jkollok l-opportunità tagħmel dan. L-istess jekk trid issir negozjant jew skilled worker per ezempju. Kull persuna, ġejja minn liema partit ġejja għandha tħossha inklussiva fis-soċjetà tagħna”, kompla Ellul filwaqt li tkellem dwar il-valuri tiegħu.

Il-Membru Parlamentari qal li żgur ma daħalx fil-politika biex jagħmel il-flus, iżda biex jgħin lin-nies għax l-akbar sodisfazzjon hija li ttejjeb il-ħajja tan-nies. Huwa tkellem dwar il-ħafna bidliet li saru f’din il-leġiżlatura u temm jgħid li filwaqt li jħares ’il quddiem biex jekk ikun fdat fl-elezzjoni ġenerali li jmiss ikompli jħaddan dawn il-valuri.

Ekonomija

Sport