Sunday, December 22, 2024

Fl-Indja: 18-il persuna jmutu wara li trakk baqa’ dieħel f’xarabank

Aqra wkoll

Mill-inqas 18-il ħaddiem migrant mietu wara li trakk baqa’ dieħel fix-xarabank tagħhom fl-istat ta’ Uttar Pradesh fit-Tramuntana tal-Indja.

Uħud mill-ħaddiema kienu għadhom fil-karozza tal-linja waqt li oħrajn kienu qed jorqdu ħdejha meta seħħ l-inċident fis-sigħat bikrin tal-Erbgħa.

Il-pulizija qalet li x-xarabank kienet “mgħobbija żżejjed lil hinn mill-kapaċità tagħha”.

Intqal kif ix-xarabank kellha madwar 140 passiġġier meta l-kapaċità tagħha kienet biss ta’ 65.

Uħud mill-passiġġieri ddeċiedew li jorqdu ħdejn il-karozza tal-linja waqt li s-sewwieq fittex mekkanik biex jirranġa l-vettura.

Il-Pulizija qalet li l-karozza tal-linja ma kellhiex twieqi minħabba li kienet bl-arja kondizzjonata. Dan ġiegħel lil uħud mill-passiġġieri joħorġu u jorqdu fit-triq.

Mill-inqas 30 persuna, li wħud minnhom huma midruba b’mod kritiku, iddaħħlu fi sptarijiet f’Barabanki.

Il-Prim Ministru Narendra Modi ta l-kondoljanzi tiegħu u ħabbar kumpens għall-familji tal-vittmi u għal dawk li ndarbu.

Ritratt: UTTAR PRADESH POLICE

Ekonomija

Sport