Il-Pulizija Indjana kkonfermat li rġiel armati t-Tlieta filgħodu qatlu minn tal-inqas 26 turist f’Kashmir. Il-midja internazzjonali rrappurtat li l-uffiċjali tal-Pulizija sabu katavri f’Baisaran, xi ħames kilometri mill-belt ta’ Pahalgam. Ġie kkonfermat ukoll li dawk kollha li tilfu ħajjithom kienu residenti Indjani, filwaqt li persuna waħda biss kienet min-Nepal.
Il-Pulizija ddeskriviet l-inċident bħala “attakk terroristiku” u tefgħet il-ħtija fuq il-militanti li qed jiġġieldu kontra l-ħakma Indjana. L-ogħla uffiċjal elett tar-reġjun, Omar Abdullah permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali qal; “Dan l-attakk huwa ħafna akbar milli, liema attakk kien dirett f’dawn l-aħħar snin”.
Il-Prim Ministru Indjan Narendra Modi waqqaf ħesrem vjaġġ li kien qed jagħmel fis-Sawdi Arabja biex jirritorna fil-pajjiż. Ir-reġjun tal-Kashmir ilu s-snin maqbud f’kunflitt bejn l-Indja u l-Pakistan b’eluf inqatlu fuq iż-żewġ naħat għalkemm qabel l-attakk tat-Tlieta ma kinux inqatlu turisti.