Ingliż minn Norfolk iddeċieda li jbigħ tifkira għażiża li kellu ta’ missieru, erba’ snin wara l-mewt ta’ missieru stess. Dan wara li esperti tal-antikajiet stmaw li l-oġġett kien ekwivalenti għal £50,000-£60,000.
Peter Barnett, raġel fl-età ta’ 57 sena, lura fl-2019 ingħata arloġġ tal-idejn, Rolex Submariner, mingħand missieru Simon Barnett fl-età ta’ 80 sena propju ftit qabel ma miet. Oriġinarjament, l-arloġġ, li nxtara fl-1964, kien jiswa £70; meta nbiegħ fi rkant ġab valur finanzjarju ta’ £40,000.
L-istess arloġġ żamm kumpanija lil Simon għal 23 sena sħaħ fil-karriera tiegħu man-Navy Ingliża fejn kien involut f’għadd ta’ operazzjonijiet tas-salvataġġ perikolużi. “L-arloġġ kien prezzjuż wisq għall-familja tagħna … mhuwiex ġojjellerija li jintlibes għall-moda … dan kien involut f’għadd ta’ missjonijiet tas-salvataġġ importanti. Appena sirt naf il-valur attwali tiegħu ma stajtx nibqa’ noħroġ nippassiġġa b’arloġġ marbut m’idi li jiswa madwar £60,000,” spjega Peter.
Fil-fehma ta’ Peter, “Għalkemm kienet deċiżjoni iebsa, inħoss li d-deċiżjoni li nbigħu kienet l-aħjar għażla li għamilt”.