Saturday, October 26, 2024

Fl-Ingilterra: ikissru l-karozzi ta’ missierhom wara li rebaħ £3 miljuni u tahom biss 200 sigarett

Aqra wkoll

Żewġ aħwa subien kienu mixlija li kissru l-karozzi ta’ missierhom wara li dan rebaħ is-somma ta’ £3 miiljun u ma riedx jagħtihom flus.

Madwar għaxar snin ilu, missier li xogħlu kien bħala xufier ta’ tal-linja daħal bi sħab mal-kollegi tiegħu u rnexxielhom jirbħu s-somma ta’ £38 miljun minn fuq il-Euromillions. Meta ġew biex jaqsmu l-flus, huwa kien imissu jieħu tliet miljuni. 

L-inkwiet fil-familja nqala’ meta ż-żewġ uliedu spiċċaw jhedduh wara li l-missier irrifjuta li jgħaddilhom xi flus kontanti minn din is-somma. Is-subien kienu qed jiġu akkużati li bagħtu messaġġ ta’ theddid lil missierhom, iżda l-każ kien waqa’ fl-2013. 

Wieħed mis-subien li llum għandu 45 sena qal li missierhom kulma tahhom kien 200 sigarett. Huma li xtaqu flus kontanti, kif raw li baqgħu b’xejn iddeċidew li jkissrulu l-karozzi l-ġodda li kien daħħal. Wara li għamlu dan, kienu huma stess li marru għand il-pulizija biex jistqarru x’kienu għamlu.

Huwa qal ukoll kif din il-lotterija li suppost ġabet ferħ fil-familja tagħhom, kienet l-agħar ħaġa li setgħet tiġri għaliex inqala’ ħafna inkwiet u ġabet firda kbira bejniethom.  

Sport