Friday, November 15, 2024

Fl-Ingilterra: Is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa qed jaffaċċja l-agħar kriżi li qatt seħħet fl-istorja tiegħu

Aqra wkoll

Bħalissa tinħass il-biża’ li l-istaff mediku joħroġ fuq azzjonijiet industrijali. Dan hekk kif il-problema ta’ nuqqas ta’ staff fis-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa qed toħloq riskju serju għas-sigurtà tal-istaff kif ukoll tal-pazjenti.

Tant hu hekk li membru parlamentari Ingliż isostni li s-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa “Qed iħabbat wiċċu mal-ikbar kriżi tax-xogħlijiet li qatt seħħet fl-istorja ta’ dan is-settur”. Huwa stmat li madwar dawn l-aħħar tliet snin, l-ammont ta’ tobba full-time naqas b’iktar minn 700.

Is-servizzi tal-maternità huma fost dawk li qed jaffaċċjaw din il-problema minħabba li skont riċerka li saret minn Nuffield Trust qed ikun mifhum li fl-Ingilterra biss is-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa għandu nuqqas ta’ 12,000 tabib u nuqqas ta’ iktar minn 50,000 ners u qabla.

Skont sejbiet li saru mill-Kumitat tas-Saħħa u l-Kura Soċjali jissuġġerixxu l-bżonn ta’ 475,000 xogħol ġdid fil-qasam tas-saħħa u ż-żieda ta’ 490,000 xogħol fil-qasam tal-kura soċjali sal-ewwel ftit snin tal-2030. Filwaqt li kien hemm progress sabiex isir reklutaġġ ta’ 50,000 ners, il-membri parlamentari qalu li l-Gvern mhux se jirnexxilu jilħaq il-mira tiegħu li jingaġġa 6,000 tabib/a.

Ekonomija

Sport