Sunday, November 10, 2024

Fl-Ingilterra: it-temperaturi mistennija jilħqu l-40 gradi celcius fil-jiem li ġejjin

Aqra wkoll

Tkompli l-mewġa ta’ sħana fl-Ewropa b’temperaturi għoljin li qed jaqbżu s-37 gradi celsius. Wieħed mill-pajjiżi li qed jaffaċja temperaturi għoljin huwa l-Ingilterra.

Huwa mistenni li bejn għada u t-Tlieta se jkun hemm temperaturi li jistgħu jilħqu għal 40 gradi celcius. Din il-mewġa ta’’ sħana hija kkunsidrata aktar sħuna minn ħafna partijiet fid-Deżert Sahara. 

Minħabba din is-sħana tremenda, qed jiġi mwissi mill-awtoritajiet biex in-nies jevitaw milli jagħmlu użu tat-trasport u jekk jista’ jkun ma jivvjaġġawx. Dawk in-nies li jistgħu jaħdmu mid-dar huma mħeġġa li jaħdmu minn hemm minflok imorru fuq il-post tax-xogħol. Ferroviji huma wkoll mistennija li jaħdmu aktar bil-mod minħabba s-sigurtà tal-passiġġiera għaliex is-sħana tista’ taffettwa l-binarji u b’konsegwenza t’hekk il-passiġġieri jkunu f’riskju. Dan iwassal biex il-vjaġġi jieħdu ħafna aktar ħin mis-soltu.

Sfortunatament f’temperaturi daqshekk għoljin eluf ta’ ħajjiet jistgħu jkunu f’riskju. Skont l-esperti huwa mifhum li madwar 2,500 persuna mietu b’kawża ta’ din is-sħana qawwija. 

Sport