Sunday, December 22, 2024

Fl-Ingilterra: koppja rnexxielha jkollha tlett itfal permezz tal-IVF minn ħames embrijuni

Aqra wkoll

Koppja fl-Ingilterra saru ġenituri għall-ewwel darba erba’ snin ilu. Sentejn wara kellhom it-tieni tarbija tagħhom u x-xahar li għadda ħabbru li kellhom it-tielet wild. 

Madanakollu dawn it-tlett itfal qed jiġu meqjusa bħala ‘triplets’ minħabba l-fatt li kienu mill-istess lott ta’ embrijuni meta l-ġenituri ddeċidew li jagħmlu l-IVF wara li kellhom il-problemi ta’ infertilità. 

Huma spjegaw kif damu sena jippruvaw għat-tfal b’mod naturali iżda kif raw li ma kien hemm xejn, marru u għamlu t-testijiet neċessarji. Huma qalu li t-testijiet ħarġu pożittivi u ma kienx hemm problema li turi għaliex ma jistax ikollhom tfal.

Il-mara spjegat kif hi ma tovulax b’mod regolari allura seta’ kien li minħabba f’hekk ma kienx qed jirnexxilha tinqabad b’mod naturali. Għalhekk il-koppja marret mill-ewwel għall-IVF li kienet suċċess u kellhom l-ewwel tarbija taghom fl-2018. 

Il-koppja spjegat kif kellhom ħames embrijuni mill-ewwel IVF. Huma tilfu tnejn minnhom f’korramenti u t-tlieta l-oħra kienu suċċess u għalhekk illum għandhom tliet ulied. 

Huma jħeġġu lil dawk kollha li jixtiequ t-tfal, li għal xi raġuni jew oħra ma jistax ikollhom biex jersqu għall-IVF.

 L-omm qalet li qatt ma toqgħod lura milli tgħid li t-tliet uliedha ġew permezz tal-IVF sabiex tagħmel kuraġġ li dawk kollha li għaddejjin mill-istess esperjenza. Qalet ukoll li l-infertilità hija xi ħaġa iebsa ħafna biex taċċettaha u kemm tista’ tweġġa’ meta tisma’ b’xi aħbar li persuna nqabdet tqila mill-ewwel b’mod naturali. 

Il-koppja li issa tinsab id-dar flimkien mat-tliet uliedha kuntenta aktar minn qatt qabel tgħid li għalkemm għaddew minn ħafna wġigħ tal-qalb u stress kbir, ma tbiddel xejn minn dan il-vjaġġ li wassal biex taha tliet ulied. 

Ekonomija

Sport