Friday, December 27, 2024

Fl-Ingilterra: Mara sfat maqtula wara li ġiet attakata fit-triq

Aqra wkoll

Mara ta’ 36 sena kienet miexja waħidha fi triq fl-Ingilterra meta ħin bla waqt ġiet attakata. Hija nstabet mal-art bi ġrieħi serji u ttieħdet l-isptar immedjatament iżda sfortunatament mietet ftit wara minħabba li l-ġrieħi li kellha kienu ta’ natura gravi. 

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin iżda sa issa hu mifhum li għadu ma sar l-ebda arrest. Aktar ’il quddiem għandha ssir identifikazzjoni formali tal-vittma iżda l-familja tagħha diġà ġew infurmati bil-każ u qed jingħataw is-sapport kollu. 

Kelliem għall-pulizija kompla jgħid li se jkun hemm preżenza ta’ pulizija fil-ġranet li ġejjin biex nisa li jgħaddu minn din it-triq iħossuhom aktar siguri. Huwa qal ukoll tajjeb li wieħed joqgħod attent iżda m’hemmx lok ta’ allarm żejjed. 

Il-pulizija qed iħeġġu lill-pubbliku biex kull min għandu xi informazzjoni dwar dan il-każ jew ra xi ħaġa suspettuża, għandu jirraporta minnufih.

Ekonomija

Sport