Wednesday, September 3, 2025

Fl-Ingilterra ntefqu rekord ta’ £1.3 biljuni fit-trasferimenti

Aqra wkoll

Is-suq tat-trasferimenti tal-Premier Lea­gue Ingliż, hekk kif ġie fi tmiemu nhar it-Tnejn,  wettaq rekord hekk kif laħaq is- somma ta’ £3 biljuni. 

Sal-31 ta’ Awwissu, kien diġà ntefaq total ta’ £2.73 biljuni, iżda ftehimiet ta’ flus kbar fl-aħħar jum tat-trasferimenti – bl-aktar wieħed prominenti jkun il-mossa ta’ Alexander Isak minn Newcastle għal Liverpool għal rekord Brittaniku ta’ £125 miljun – għollew it-total għal £3.087 biljuni.

L-infiq kien b’mod sinifikanti ogħla mis-sajf li għadda, meta l-clubs tal-ogħla diviżjoni nefqu £1.96 biljuni.

It-total ta’ din is-sena hu iktar minn dak li ntefaq mill-clubs tal-Bundesliga, La Liga, Ligue 1 u Serie A flimkien.

X’KIENU T-TRASFERIMENTI FL-AĦĦAR ĠURNATA?

L-aħħar jum tat-trasferimenti kien pjuttost kwiet, bil-ftehimiet ewlenin ma ġewx imħabbra qabel ma l-iskadenza għalqet fis-7.00 pm, għalkemm il-movimenti setgħu jit­lestew sa sagħtejn wara jekk ir-reġistraz­zjonijiet tal-ftehim kienu ġew sottomessi fil-ħin.

Il-ftehim finali ta’ Isak ġie konfermat fid-9.00 pm iżda t-trasferiment tant mistenni tad-difensur internazzjonali Ingliż, Marc Guehi, ikkollassa fl-aħħar minuti hekk kif Crystal Palace ma approvawx it-trasferiment minħabba diffikultajiet biex isibu sostitut għall-captain tagħhom.

Wara l-konferma tat-tluq tal-attakkant Svediż, Newcastle ħabbru l-wasla ta’ Yoane Wissa mingħand Brentford għal £55 miljun.

Ftehimiet oħra notevoli kienu jinkludu lil Fulham li għalqu ftehim rekord ta’ £34.6  miljuni għall-firma tal-winger Brażiljan, Kevin, minn Shakhtar Donetsk.

Manchester United akkwistaw lill-goalkeeper Belġjan, Senne Lammens, mingħand Royal Antwerp għal £18.1 miljuni inizjali, filwaqt li l-attakkant Jadon Sancho ingħaqad ma’ Aston Villa b’self għal dan l-staġun. Villa wkoll iffirmaw lil Harvey Elliott ta’ Liverpool fuq self b’għażla ta’ xiri.

Iż-żewġ clubs rivali ta’ Londra, Tottenham u Arsenal iffirma player b’self għal dan l-istaġun b’għażla ta’ kuntratt permanenti. Filwaqt li Spurs iffirmaw lil  Randal Kolo Muani mingħand Paris St-Germain, il-Gunners akkwistaw lil Piero Hincapie mingħand Bayer Leverkusen.

Sunderland, li għadhom ġodda fil-Premier League, dan is-sajf komplew jonfqu hekk kif iffirmaw lill-attakkanti Brian Brobbey u Bertrand Traore mingħand Ajax, kif ukoll lid-difensur Lutsharel Geertruida ta’ RB Leipzig fuq self għal staġun.

Wara li Liverpool kienu kważi ma nefqu xejn fis-suq tat-trasferimenti fis-sajf tal-ewwel staġun ta’ Arne Slot bħala manager, din id-darba marru fid-direzzjoni kompletament opposta.

It-trasferiment ta’ Isak għolla l-infiq tas-sajf tagħhom għal £415-il miljun – rekord ġdid għall-ammont imħallas minn club wieħed f’suq wieħed.

Ir-rekord preċedenti kien stabbilit minn Chelsea fis-sajf tal-2023 (£400 miljun).

Dan mhux biss hu iktar minn kwalun­kwe club Ewropew ieħor, iżda kważi daqs it-total li ntefaq fil-kampjonati Ewropej l-oħra kollha flimkien.

L-opinjonisti li segwew mill-qrib is-suq tat-trasferimenti kkonkludew li din kienet dimostrazzjoni enormi minn Liverpool u l-mossi u l-flus li nefqu huma fenomenali hekk kif iffirmaw players brillanti. 

Chelsea u Arsenal ukoll għamlu mossi kbar hekk kif ippruvaw isaħħu l-iskwadra tagħhom biex jikkontestaw b’mod aktar mill-qrib għat-titlu, u nefqu £285 miljun u £255 miljun rispettivament.

Iżda Chelsea kienu għaqlin fil-bejgħ ukoll, hekk kif daħħlu total ta’ £288 miljun li wassal għal profitt nett ta’ £3 miljun, filwaqt li Arsenal kienu l-oppost u rnex­xielhom biss idaħħlu £9 miljun f’bejgħ għal nefqa netta ta’ £246 miljun.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport