Raġel ta’ 44 sena ġie arrestat fuq suspett ta’ qtil kmieni dalgħodu f’Londra. L-investigazzjoni nfetħet wara li anzjan instab maqtul b’daqqiet ta’ sikkina waqt li kien qiegħed isuq il-mobility scooter.
Skont ix-xhieda, l-anzjan kien ikun f’dawk l-inħawi ta’ spiss u bosta kienu dawk li jieqfu jgħidu kelma miegħu kull meta jinzertawh hemm.
Wara li ħarġu xi ritratti mis-CCTV, l-investigazzjoni setgħet tkompli miexja ’l quddiem u b’hekk seta’ jsir l-arrest.