Sunday, December 22, 2024

Fl-Ingilterra: Raġel weħel għomru l-ħabs talli qatel lil martu ftit sigħat wara li żżewġu

Aqra wkoll

Raġel ta’ 45 sena ġie mixli li qatel lil martu ftit sigħat wara li żżewġu.

Il-katavru tal-mara li kellha 52 sena nstab f’għalqa erbat ijiem wara li kellhom iċ-ċerimonja taż-żwieġ. Il-mara dehret l-aħħar dakinhar taċ-ċerimonja f’West Yorkshire, l-Ingilterra.

Aktar tard, ir-raġel deher iqandel bagalja kbira mis-CCTV li kien hemm fil-qrib. Huwa deher joħroġ il-bagalja mid-dar tagħhom u baqa’ sejjer biha lejn l-għelieqi li hemm fil-qrib.

“Għal ħafna, il-jum tat-tieġ hija ġurnata memorabbli u li tibqa’ tiftakarha matul ħajtek kollha. Sfortunatament dan ma kienx il-każ għal din il-mara li sfat maqtula minn żewġha stess ftit sigħat wara” Qal il-prosekutur lill-ġurati fil-Qorti. 

“Ir-raġel ċempel lill-pulizija biex jgħidilhom li martu ma marritx lura d-dar. Iżda madanakollu hu kien jaf perfettament fejn qiegħed il-katavru ta’ martu għaliex kien ħa ħsiebu hu stess” Kompla jgħid il-prosekutur. 

Il-prosekutur imbgħad qal li huwa saħansitra kisser l-għadam ta’ martu biex ikun jista’ jdaħħal il-katavru tagħha fi-bagalja.

Għall-bidu, ir-raġel qal lill-pulizija li hu u martu kienu marru għall-qamar il-għasel eżatt wara ċerimonja taż-żwieġ. Kif reġgħu lura d-dar, martu sofriet minn dipressjoni u talbitu għad-divorzju. 

Huwa kompla jgħid li kienet diġà tefgħetu l-ħabs xi żmien qabel wara li qalet li huwa kien prova jattakkaha u jistupraha. Qatlu wkoll li kien beħsiebha terġa’ tagħmel l-istess u hekk kif qabdet twerżaq taha daqqa ġo wiċċha u prova jifgaha. 

Il-Prosekuzzjoni qalet ukoll kif ir-raġel ġiegħel lill-bint il-vittma temmen li ommha setgħet kienet għadha ħajja wara l ihu stess bagħat messaġġ lilha taparsi kienet l-omm.

Il-ġurija sabitu ħati b’dan id-delitt u anke talli gideb li hu flimkien ma’ martu kienu marru għall-qamar il-għasel mentri dan ma kienx minnu għax kien diġà qatilha. Huwa ngħata sentenza ta’ għomor il-ħabs b’terminu minimu ta’ 21 sena.

Ekonomija

Sport