Sunday, November 3, 2024

Fl-Ingilterra: tfajla tinstab qawwija u sħiħa wara tmien ġimgħat nieqsa

Aqra wkoll

F’dawn l-aħħar ġimgħat, kien hawn diversi appelli fuq il-midja soċjali dwar tfajla li kienet dehret l-aħħar fis-7 ta’ Lulju. Mal-ħin beda jikber it-tħassib fuq din it-tfajla li seta’ ġralha xi ħaġa serja. 

Persuna li rat dan l-appell għamlet kuntatt mal-pulizija u wara li saret it-tifittxija għaliha b’reqqa kbira, it-tfajla nstabet. Bosta kienu dawk li għamlu r-rapporti tagħhom il-pulizija f’dawn l-aħħar ġimgħat fuq din it-tfajla u hu mifhum li dan ir-rapport kien il-118-il wieħed.

Hekk kif It-tfajla nstabet qawwija u sħiħa, il-pulizija għamlu kuntatt mal-familja tagħha sabiex jinfurmawhom b’din l-aħbar. 

It-tfajla bħalissa tinsab ma’ tim speċjalizzat sabiex tingħata l-għajnuna meħtieġa.

Sport