Missier jirrakkonta l-uġigħ li għaddew minnu l-familja tiegħu meta 15-il sena ilu għeb binhom u baqgħu ma jafux x’sar minnu. Huwa qal li t-tifel għeb meta kellu biss 14-il sena u l-fatt li llum wasal biex jagħlaq id-29 sena jista’ jgħid li t-tifel ilu aktar ‘il bogħod minnhom milli kemm dam jgħix magħhom.
It-tifel kien deher l-aħħar fl-2007 fejn kien qata’ biljett għal-Londra u qatt ma reġa’ ġie lura. Il-biża’ tal-familja dejjem kien wieħed, dik li t-tifel seta’ nħataf minn xi traffikanti li jittraffikaw il-persuni u nbigħ għas-sess.
Il-missier qal kif it-telfa ta’ binhom ħalliet impatt kbir f’ħajjithom. Huwa spjega kif il-vojt tiegħu ma jista’ jimtela qatt u l-weġgħa tibqa’ hemm jgħaddi kemm jgħaddi żmien. Huwa kompla jgħid li l-fatt li binhom mhux qiegħed hemm magħhom u ma jafux x’sar minnu hija xi ħaġa indeskrivvibli biex tispejgaha.
Iżda huwa jittama li xi darba fil-futur għad jerġa’ jiltaqa’ ma’ ibnu u jkollu t-tweġibiet kollha fuq x’sar minnu f’dawn l-aħħar snin.
F’Diċembru ġew arrestati żewġ persuni fuq suspett ta’ ħtif kif ukoll traffikar ta’ perrsuni. Il-pulizija komplew jappellaw biex min ikollu xi informazzjoni dwar dan il-każ, jagħmel kuntatt magħhom.