Sunday, December 22, 2024

Fl-Ingilterra: Żewġ persuni nieqsa wara li dgħajsa nqalbet fi xmara

Aqra wkoll

Fis-sigħat li għaddew bdiet it-tfittxija għal żewġ persuni li ġew nieqsa wara li grupp ta’ nies kienu fuq dgħajsa u nqelbet bihom f’Roadford Lake, fl-Ingilterra. 

Żewġ persuni oħra ġew salvati u ngħataw l-għajnuna fuq il-post, filwaqt li tnejn oħra ttieħdu l-isptar fi Plymouth għal aktar osservazzjoni. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa. 

Huwa maħsub li l-persuni involuti f’dan l-inċident huma kollha adulti.

Sadanittant, il-Pulizija tinsab għaddejja bit-tfittxija għaż-żewġ persuni nieqsa. 

Ekonomija

Sport