Saturday, December 21, 2024

Fl-interrogazzjoni, l-akkużat qal li ma kienx hu li faga lill-vittma

…. ikompli jinstema l-ġuri ta’ Michael Emmanuel mixli bil-qtil tas-sieħba

Aqra wkoll

Fir-raba’ jum tal-ġuri dwar il-qtil ta’ Maria Lourdes Agius, il-ġurati ntwerew filmat tal-interrogazzjoni li saret lill-akkużat Michael Emmanuel wara d-delitt, li seħħ f’Settembru tal-2018.

Instema’ kif meta kien mistoqsi jekk kienx sawwatha, huwa ammetta li kien sawwat lilha u lil ommha. Huwa kien ċaħad li għall-ħabta tas-2.00 a.m. kien hemm argument u ċaħad ukoll li qal lil ommha li Lourdes kienet telqet mid-dar.

L-investigatur qal li bejn is-2:00 a.m. sas-7:00 a.m. il-vittma kienet baqgħet fl-istess pożizzjoni u skont l-awtopsja hija mietet fgata. Waqt li saru diversi mistoqsijiet lil akkużat, intqal li il-vittma ma setgħet qatt tifga lilha nnifisha. 

Huwa nstema’ jgħid lill-akkużat li l-vittma ma setgħet qatt tifga lilha nfisha. Min-naħa l-oħra, ma ċaħadx li kien fil-kamra imma baqa’ jgħid li ma kienx hu li fgaha. Fil-filmat, l-akkużat jinstema’ jwaħħal f’omm il-vittma u jgħid li ma kienx fil-kamra. 

Il-ġuri jkompli.

Il-Prosekuzzjoni f’dan il-ġuri qed titmexxa mill-Avukati Anthony Vella u Maria Francesca Spiteri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali. Dan filwaqt li l-avukat Simon Micallef Stafrace qed jidher għall-imputat.

Ekonomija

Sport