Sunday, December 22, 2024

Fl-Istati Uniti: Anjan imut wara li l-ambulanza li kienet se twasslu l-isptar ħadet in-nar f’daqqa

Aqra wkoll

Ambulanza li kienet se tieħu pazjent ta’ 91 sena l-isptar, ħadet in-nar f’daqqa nhar l-Erbgħa li għadda. Sfortunatament ir-raġel ta’ 91 sena ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post. 

Id-Direttur tas-Servizzi tal-Emerġenza stqarr li għadu mhux magħruf x’seta wassal biex l-ambulanza ħadet in-nar u splodiet. Ritratti u filmati li ttieħdu fuq il-post fil-ħin tal-inċident urew il-fjammi tan-nar ħiereġ min-naħa ta’ wara tal-vettura.

Ħaddiem li jaħdem fl-ambulanza ttieħed l-isptar u jinsab f’qagħda kritika minħabba li sofra xi ħruq f’ġismu. Fortunatament il-ħaddiem l-ieħor ma sofra l-ebda ġrieħi. 

Bħalissa għaddejja investigazzjoni b’rabta ma’ dan il-każ jekk dan kienx inċident inkella kienx intenzjonat.

Ekonomija

Sport