Saturday, November 23, 2024

Fl-Istati Uniti: Protesti wara l-mewt ta’ raġel ta’ karnaġġjon skur li kien fil-kustodja tal-pulizija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-poplu qiegħed jiġi ordnat biex jibqa’ ġewwa fi bliet madwar l-Istati Uniti sabiex tkun tista’ tiġi kkontrollata s-sitwazzjoni li eskalat wara l-mewt ta’ persuna ta’ karnaġġjon skur li kien fil-kustodja tal-Pulizija.

Minkejja dan dawn l-ordnijiet inkisru f’diversi żoni jispikka s-serq mill-ħwienet, vetturi maħruqin u kien hemm saħansitra attakki f’binjiet. Biex tkun tista’ tiġi kontrollata din is-sitwazzjoni l-Pulizija kellhom jużaw il-gass tad-dmugħ fost affarijiet oħra.

Uffiċjal tal-Pulizija qed ikun akkużat bil-qtil ta’ George Floyd ta’ 46 sena minn Minneapolis. Derek Chauvin ta’ 44 sena mistenni jidher quddiem il-Qorti fis-sigħat li ġejjin.

F’wieħed mill-filmati Chauvin jidher għarkubbtejh fuq għonq il-vittma għal xi ħin, b’dan tal-aħħar jgħid li ma setax jieħu nifs.

Sport