Saturday, November 16, 2024

Fl-Istati Uniti: Rekord ta’ każi ġodda tal-COVID-19 u pazjenti fl-isptarijiet

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-Istati Uniti qed jiġu rreġistrati rekords ta’ infezzjonijiet u persuni li jinsabu fl-isptarijiet għall-kura u l-biża’ hi li dawn l-każi se jkomplu jiżdiedu f’dawn iż-żminijiet ta’ festi.

Għall-ewwel darba sa mill-bidu tal-pandemija, in-numru ta’ persuni rikoverati fl-isptarijiet qabeż il-100,000. Dan l-ammont huwa d-doppju tal-persuni li kienu rreġistrati ftit tal-ġimgħat ilu.

Ilbierħ, il-każi ġodda żdiedu b’ammont rekord ta’ 195,695 u r-rata ta’ mwiet kienet madwar 2,733, waħda li tqarreb ir-rekord ta’ mwiet fil-pajjiż.

Il-każi globali isa qegħdin iqarrbu l-14-il miljun u hu stmat li aktar inn 260,000 persuna tilfu ħajjithom kawża ta’ din il-pandemija.

Ekonomija

Sport