Sunday, December 22, 2024

Fl-Istati Uniti: Tawha sperma ta’ raġel ieħor… indunat 12-il sena wara b’ċajta

Aqra wkoll

Omm li kienet għamel IVF minħabba problemi ta’ infertilità, spiċċat indunat li binha kien ta’ raġel ieħor u mhux ta’ żewġha. Hi saret taf b’dan 12-il sena wara meta b’ċajta ddeċidew li kulħadd fil-familja jagħmel DNA.

Donna u Vanner Johnson kienu għamlu użu mill-IVF biex ikollhom it-tfal meta kienu ferm iżgħar. Jirriżulta li l-koppja xtaqu jkunu jafu aktar dwar il-familja tagħhom u minn fejn ġejjin u l-unika mezz biex jagħmlu s-siġra tal-familja b’mod korrett kien li jagħmlu DNA.

Kien għalhekk li b’ċajta qablu li kulħadd jagħmel dan it-test. Fil-fatt anke ż-żewġ uliedhom Vanner Jr u Tim it-tifel iż-żgħir sar fuqhom dan it-test.

Meta rċivew ir-riżultati, l-omm sabet li missier Tim kien “raġel mhux magħruf” u mhux kif suppost żewġha.

Għall-ewwel ħasbet li tad-DNA kienu ħawdu xi riżultati, iżda wara li vverifikaw l-affarijiet indunat li meta għamlet l-IVF kienu tawha sperma ta’ raġel ieħor minflok ta’ żewġha.

Il-koppja li jgħid f’Salt Lake City, Utah fl-Istati Uniti qalu li dan kien xokk kbir għalihom u anke għal binhom. Fir-riċerka li saret dwar meta sar l-IVF instab il-veru missier, u kien hemm biża’ li dan seta’ jitlob parti mill-kustodja tiegħu.

Iżda l-avukati li għenu lill-koppja f’dan il-każ tawhom assigurazzjoni li ħadd ma jista’ jagħmel xejn u huma se jibqgħu l-ġenituri tiegħu b’mod legali.

Ekonomija

Sport